Ajjut, Ajjut Qala.
Published on it-Torca on 17th September, 2006
Sur Editur,
Bhal issa, ir rahal tal-Qala jinsab taht theddida li l-ambjent jinqeridlu b'mod irriversibli, darba ghal dejjem. L-amministrazzjoni ta' Gonzi ser tirrombla fuq il-poplu u timponi fuqu l-progett ta' Hondoq ir-Rummien.
Dal-progett gie irrifjutat mill-poplu ftit tas-snin ilu meta, f'referendum li nzamm mill-Kunsill lokali, ir-rizultat kien, b'maggoranza assoluta ta' hamsa u tmenin fil-mija, kontra. Bhal issa, mar-rahal qed jigru xniehat li minn Kastilja hemm pressjoni fuq il-Kunsill Lokali biex jaccerta kollox kif ippjanat, b'detriment ta' sahhet il-poplu.
Minn naha l-ohra, silenzju kbir qieghed jirrenja fl-ambitu tal-Knisja. Ghal min ghandu rasu fuq ghonqu, kontra dak li gara fi zmien l-Arcipriet, illum il-Mons. Karm Refalo, Arcipriet ix-Xaghra, hemm indikazzjonijiet cari li l-awtorita' lokali hi maqbuda f'nassa, b'sarima f'halqha. In-newtralizmu f'haga bhal din hu ta' hsara kbira. Kristu stess qal: "Min mhux mieghi hu kontra tieghi, min ma jigborx mieghi ixerred".
F'sitwazzjonijiet bhal dawn il-poplu jistenna rizenji, malajr u minn kull naha. Dan biss jista' jwitti t-triq ghal tmexxija gdida li tmidd ghonqha ghax-xoghol u ssalva l-Qala minn dizastru ambjentaliu rriversibbli fiz-zewg ambiti.
Dun Lawrenz Theuma
Qala